– Simon Busuttil, Kap tal-PN
Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-għaqda nazzjonali tinkiseb bil-fatti u għalhekk il-gvern għandu jwettaq diversi inizjattivi biex din titwettaq fosthom li l-ġustizzja għandha tkun hemm għal kulħadd l-istess u li jissaħħu l-entitajiet. L-għaqda nazzjonali tinbena fuq l-onestà u l-fiduċja.
Meta għalaq id-dibattitu dwar id-Diskors tal-President, Simon Busuttil qal li d-diskors tal-President kien fih il-kunċett ta’ għaqda nazzjonali u l-aspett ta’ riformi partikolarment kostituzzjonali.
Hu qal li l-Oppożizzjoni hi miftuħa għall-proposti tal-gvern u anki dawk dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Fl-aħħar erba’ snin il-PN mhux biss tkellem dwar iż-żieda tan-nisa fil-politika iżda bil-fatti implimenta dan. Mis-seba’ l-għola karigi fit-tmexxija tal-PN hemm tlieta okkupati min-nisa. Din hi politika u direzzjoni li l-PN se jkompli jħaddan.
Il-Kap tal-PN kompla li fl-aħħar erba’ snin il-global gender index stabbilixxa li Malta marret lura fir-rappreżentanza tan-nisa fis-soċjetà inkluż fil-parlament fejn il-PL tella’ inqas nisa mill-Oppożizzjoni. Il-grupp parlamentari Laburista għandu 10% nisa waqt li dak tal-PN għandu 20% nisa.
Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni qed tistaqsi kif il-Prim Ministru jrid idaħħal deputati nisa ġodda f’din il-leġiżlatura iżda l-Prim Ministru ma speċifika xejn iktar. Hu qal li fl-elezzjoni għall-Viċi-Kap tal-PL, Helena Dalli ġiet l-aħħar. Lanqas il-PL ma ħa l-messaġġ tal-Prim Ministru.
Dwar l-għaqda nazzjonali, Simon Busuttil qal li kulħadd jaqbel mal-għaqda nazzjonali u fl-aħħar erba’ snin l-Oppożizzjoni għamlet passi kbar fejn anki ivvotat favur nomina ta’ President tar-Repeubblika. Din hi l-ewwel darba li saret f’Malta.
L-uniku darba li din saret kien propju mill-PL meta l-Gvern Nazzjonalista kien innomina lil persuna ġejja mill-kamp Laburista bħala President.
Simon Busuttil kompla li l-Oppożizzjoni ivvotat favur l-Ispeaker, l-NAO, l-Ombudsman u anki ċ-Chairman Awtorità tax-Xandir li rriżenjat. L-għaqda nazzjonali ma tfissirx li l-Opożizzjoni tagħlaq ħalqha għalkemm għall-gvern l-għaqda nazzjonali tfisser li l-Oppożizzjoni tkun siekta.
L-għaqda nazzjonali l-ewwel li teħtieġ hi relazzjoni tajba fejn l-eżempju jrid jiġi iktar mill-Gvern għax hu qed imexxi. Il-verità hi li l-Oppożizzjoni lanqas biss tkun konsultata jew informata. Wara l-elezzjoni għamel numru ta’ nazzjonali li huma bil-maqlub tal-għaqda nazzjonlai fosthom transfer vendikattivi ġimgħa wara l-elezzjoni. Hu appella lill-Prim Ministru biex ireġġa’ lura dawn it-transfers jekk veru jemmen fl-għaqda nazzjonali.
Simon Busuttil semma’ n-nies mhedda bit-tkeċċija jew imkeċċija u attakki kontra din ma jaqbilx mal-gvern speċjalment min jikxef għawwar il-gvern fejn tidħol il-korruzzjoni. Il-gvern kellu jkun miftuħ biex jilqa’ l-kritika.
Fi-xandir hemm żbilanċ sfaċċat u l-Gvern għandu jaħmel sforzi femr ikbar biex ma jkunx żbilanċjat bħal-lum. Hemm ukoll il-flus li intużaw għall-użu tal-propoganda.
Hu semma l-istat tal-ġustizzja u kmem il-liġi tapplika għal kulħadd l-istess, fejn hemm kollass totali tal-ġustizzja u l-ħarsien tal-liġi fil-pajjiż. Simon Busuttil semma l-każ ta’ Edwrad Caruana il-canvasser ta’ Evarist Bartolo li ma sarx xejn dwaru, kif ma xejn dwar Jimmy Magro li kellu jitressaq il-qorti fuq korruzzjoni. L-għaqda nazzjonali tibda minn hawn.
Min jagħmel dmiru jitkeċċa bħal tal-FIAU waqt li min ma jagħmilx dmiru jingħata promozzjoni. Hu semma kif l-FIAU bagħtet rapporti lill-pulizja dwar korruzzjoni u ma tagħmel xejn iżda l-ispettur responsabbli jsir assistent kummissarju waqt li min investiga fl-FIAU tkeċċa.
Il-Kap tal-PN kompla li l-elezzjoni ma tagħmilx dan kollu tajjeb għaliex dan jibqa’ ħażin. Hu sellem lill-ex uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris għall-kurraġġ kbir li wera quddiem gvern aggressiv u sostna li wara l-intervista li Ferris ta, kellha issir stqarrija ministerali mill-ministru responsabbli mill-pulizija jew mill-ministu responsabbli mill-FIAU.
Jirriżulta li l-pulizija ma tawx numru lill-file u ma investigawx waqt li ma bagħtux għal Keith Schmebri. Kif jista’ jkun il-Gvern ma jgħid xejn dwar dan! irrimarka Simon Busuttil, li kompla li dawn huma affarijiet li l-Oppożizzjoni se tibqa’ titkellem fuhqom.
Simon Busuttil kompla li wara sena mill-iskandlu tal-Panama l-Gvern la għamel inkjesta, il-pulizija sa nvestigawx u ma sar xejn waqt li r-rapporti tal-FIAU ma nstema’ xejn fuqhom.
Kellha tkun l-Oppożizzjoni beix tagħmel rikors il-qorti biex tittieħed passi quddiem il-fatti tal-iskanldu tal-Panama. Il-ħsara lill-pajjiż qed issir minn min qed jagħmel il-korruzzjoni.
L-għaqda nazzjonali jrid ikollha l-onesta, il-fiduċja u r-rispett lejn il-verità fil-bażi tagħha għax inkella ma tinlaħaqx. Hemm bżonn riforma għal għaqda nazzjonali mibnija fuq is-sewwa u fuq is-sustanza.
Ir-riformi kositutzzjonali għandhom bżonn kundizzjonijiet u elementi li jkun hemm qbil fuhqom. Fosthom hemm bżonn li tinkludi riforma istuzzjonali biex l-istituzzjonijiet ikunu awtonomi għaċ-ċittadini u mhux paraventu għall-gvern, li jkun hemm rispett lejn il-libertà tal-espressjoni u l-bilanċ fix-xandir, issir liġi b’saħħitha fuq il-prattiċi krorotti qabel l-elezzjonijiet u jkun hemm rispett lejn il-ġustizzja.
Simon Busuttil qal li l-President għamlet aċċenn fuq l-għaqda nazzjonali iżda għall-għaqda nazzjoali trid taħdem bil-fatti u mhux bil-paorli.
//= $special ?>