Miet id-direttur tal-films George Romero – isem sinonimu mal-ġeneru tal-films tal-biża’ fis-snin Sittin, u l-moħħ wara Night of the Living Dead. Romero, li kien imwieled fl-Istati Uniti, kellu 77 sena. Huwa kien ilu perijodu qasir jiġġieled kanċer aggressiv fil-pulmun.
L-isem ta’ George Romero jibqa’ imfakkar ghas-serje taż-zombies Living Dead illi rat it-twelid tagħha fl-1968. Għalkemm dak iż-żmien kien irċieva kritika qawwija ghall-produzzjonijiet tiegħu, Romero spicca bena kult ta’ klassiċi fid-dinja tal-films illi immarka snin twal ta’ storja ċinematografika.
//= $special ?>