Ġiet fi tmiemha l-maratona ta’ 60 siegħa Oħloq Tbissima; maratona b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Hekk kif il-ħmistax-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr. Louis Mallia, irringrazzja lil voluntiera kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom, u ħabbar iċ-ċifra finali illi qabżet il-€186,000.
Fr. Louis fakkar li flimkien ma’ dawn il-flus hemm ukoll container mimli li fi ftit jiem oħra jaqbad trieqtu lejn il-missjoni fil-Peru.
//= $special ?>