Lokali

Raġel imut wara li kien qed jgħum f’Marsalforn

Pulizija ta' Malta

Raġel ta’ 89 sena minn San Pawl il-Baħar tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum f’Marsalforn.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari, irriżulta li r-raġel ta’ 89 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna wara li ntlemaħ minn xi nies mitluf minn sensieh f’wiċċ l-ilma

Fil-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn iżjed tard huwa tilef ħajtu.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.