– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sfida lill-pulizija biex jekk veru hemm numru tal-files fl-investigazzjonijiet tal-FIAU dwar l-iskandlu tal-Panama, dan in-numru għandu jkun pubblikat. Il-fatti huma li numru tal-file ma jeżistix għax m’hemmx file.
F’diskors fil-parlament Jason Azzopardi qal li fid-diskors tal-President m’hemmx riferenza għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, għat-taqbida kontra l-korruzzjoni u għas-saltna tad-dritt. Hu semma s-servizzi finanzjarji u qal li min suppost qed jinvestiga l-ħasil tal-flus, l-FIAU, tilfet is-saħħa.
Fl-aħħar erba’ snin iktar min-nofs il-ħaddiema tal-FIAU irriżenjaw. Hu qal li biex jittieħdu passi mhux bilfors jinstabu l-flus maħsula għaliex reat jammonta wkoll għall-ħolqien tal-istrutturi biex fihom jinħaslu l-flus.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-reati marbuta mar-responsabbiltà kriminali marbuta anki ma’ min jagħmel tentattiv fil-każ ta’ traffikar ta’ droga u ħasil tal-flus fejn il-pieni bejn min iwettaq ir-reat u min jagħmel attent huma l-istess. Dan għaliex dawn huma reati gravi.
Jason Azzopardid semma l-iskandlu tal-Panama fejn ingħataw struzzjonijiet ta’ depożitu ta’ E1 miljun. Hu qal li quddiem ir-riżenji fl-FIAU, il-Ministru tal-Finanzi ma jinkwetax.
Hu semma l-intervista ta’ Ferris u uffiċjlai orħa tal-FIAU u qal li Ferris bi tliet degrees mill-Univeristà kien emarġinat u kien fdat b’diversi xogħlijiet investigattivi impenjattivi li wettaqhom bi professjonalità. Freris tkeċċa meta kien qed jinvestiga lil persuni politikament esposti.
Hu semma lill-uffiċjal tal-Pulizija Ian Abdilla u qal li dan għandu jispjega għaliex m’hemmx in-numru tal-file wara li ġew ir-rapporti tal-FIAU fl-iskandlu tal-Panama. Jason Azzopardi sfida lill-pulizija biex jippubblikaw in-numru tal-file u sostna li dan in-numru ta’ jeżistix.
//= $special ?>