Kultura Lokali

F’Ħad Dingli se tkun ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija Maddalena

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar).

Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Lulju, 2017.  Fit-7.30 p.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq iz-zuntier tal-kappella mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Wara l-quddiesa ssegwi attivita` soċjali waqt li wieħed ikun jista’ jgawdi nżul ix-xemx u s-sbuħija ta’ dawn l-inħawi pittoreski.

Għal din l-okkażjoni l-kappella li għadu kemm sarilha restawr minn ġewwa se tkun miftuħa għall-pubbliku. Kulħadd mistieden.