Futbol Sport

Futbol – Arrestat il-Kap tal-Federazzjoni tal-futbol fi Spanja

Angel Maria Villar

Angel Maria Villar, il-Kap tal-Federazzjoni tal-futbol fi Spanja, u ibnu Gorka, ġew arrestati bħala parti minn investigazzjoni dwar każ’ ta’ korruzzjoni.

Angel Maria Villar qed ikun akkużat li ffalsifika xi dokumenti u għamel użu ħażin minn xi flus.

Angel Maria Villar ilu President tal-Federazzjoni tal-futbol fi Spanja (RFEF) sa mill-1988 u hu anke Viċi-President tal-FIFA u tal-UEFA. Fiż-żmien li fih Angel Maria Villar kien qed jokkupa l-kariga, t-tim nazzjonali ta’ Spanja rebaħ darbtejn il-Kampjonat Ewropew u t-Tazza tad-Dinja tal-2010.

Angel Maria Villar ilu jifforma parti mill-kumitat Eżekuttiv tal-FIFA għal dawn l-aħħar 29 sena.

Ta’ min jiftakar li Angel Maria Villar kien wieħed minn dawk li tefgħu l-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali tal-UEFA li saret f’Settembru ta’ sena ilu imma jiem qabel l-elezzjoni rtira din il-kandidatura.