Lokali

Il-Gvern jaċċetta l-proposti tal-Oppożizzjoni dwar l-Air Malta

Il-Gvern issa qed jaċċetta l-proposti tal-Oppożizzjoni li jagħmel ir-ristrutturar meħtieġ qabel imur biex isib sieħeb strateġiku għall-Air Malta. Dan irriżulta meta l-Ministru Konrad Mizzi kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tal-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco u d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.

Il-Ministru Mizzi tkellem dwar il-ħaddiema tal-Air Malta u qal George Abela qed imexxi d-diskussjonijiet mal-erba’ unions tal-ħaddiema fl-Air Malta li se jitkomplew il-ġimgħa d-dieħla bl-iskop li jintlaħaq ftehim sal-2020.

Il-Ministru Mizzi qal li l-gvern mhux se jbigħ slots, speċjalment dawk ta’ Heathrow u Gatwick. Hu qal li l-Air Malta qed tirrevdi l-buisness plan tagħha, li hu maqsum f’żewġ setturi. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun finalizzat buisness plan u l-gvern se jippubblika ċertu aspetti minnu.

Mistoqsi dwar il-ħaddiema, il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern qatt ma qal li se jnaqqas il-ħaddiema għalkemm kien hemm proposti għal skemi ta’ irtirar kmieni.