Lokali Parlament

Jeħtieġ konsenus dwar il-ħatra tan-nies fil-kumitat dwar id-dejn pubbliku

– Mario de Marco, PN

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco qal li l-kumitat għlal-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku għandu jkun maħtur b’konsenus għaliex dan se jkun struttura li għandha sservi lill-pajjiż u mhux biss lill-gvern tal-ġurnata.

Meta kien qed jitellem fil-parlament dwar id-dejn tal-gvern Mario de Marco tkellem dwar il-ħolqien tad-dejn pubbliku u qal li hu dmir ta’ kull gvern li d-dejn tal-pajjiż ikun sostenibbli. Id-dejn għandu jkun amministrat b’mod tajjeb għaliex jekk l-amministrazzjoni tkun ħażina din tista’ toħloq kriżijiet fil-pajjiż.

Jirriżulta li n-nefqa għall-amministrazzjoni tad-dejn bejn l-2009 u l-2012 u jqabbilha mal-erba’ snin jirriżulta li n-nefqa rikorrenti tal-aħħar gevrn tal-PN kienet telgħet b’madwar 12% filwaqt li tul l-aħħar Gvern Laburista din żdiedu b’aktar minn 26%; aktar mid-doppju. Kemm il-banek kif ukoll l-IMF koll tħasisb dwar dan.

Dwar id-dħul ordinarju, jirriżulta li fl-aħħar leġizlatura dan żdied iżda mhux biss minħabba l-attività ekonomika iżda għaliex il-gvern biegħ il-BWSC u l-bejgħ taċ-ċittadinanza. Hu mistenni li din is-sena ż-żeida tad-dħul se jkun 2% paragunat ma’ 12% fl-2014.

Mario de Marco kompla li l-ispiża kapitali bħala persentaġġ tal-ispiża totali tal-gvern kienet 8%; li kien l-aktar persentaġġ baxx fl-aħħar 10 snin. Fil-kunest tal-GDP, ir-rata kienet biss ta’ 3.1%, l-aktar rata baxxa li l-pajjiż qatt kellu kemm ilha tinżamm l-istatistika.

Hu semma s-surplus u qal li fl-2016 il-gvern ma semmiex li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien ħoloq fond li ifh po;;a 70% tal-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza li kien laħaq E163 miljun.

Dan kien iddaħħal kollu fl-2016; proċess li jmur kontra l-prinċipji tal-accountancy. Fl-2012 id-dejn nazzjonali kien E4.6 biljun, li tela’ għal E5.4 miljun. Dan juri li d-dejn pubbliku żdied bi 18% bejn l-2012 u l-2016. Il-gvern għandu jara li d-dejn ikun sostenibbli

Mario de Marco qal li l-IMF jitlob li l-attivitajiet konnessi mad-dejn pubbliku għandhom ikunu awditjati kull sena. Hu qal li l-piż tad-dejn għandu jkun limitat skont kif speċifikat fin-normi tal-prattiċi ta’ governanza. L-istrateġija mhux biss għandha tkun impoġġija fuq il-mejda tal-Kamra iżda wkoll diskussa u approvata.

Il-liġi tiffoka wkoll fuq il-ħtieġa li kull sena fiskali l-gvern għandu jipprepara pjan u sostna jeħtieġ ħafna iktar tarsaprenza fil-mod kif isiru l-garanziji lil terzi persuni fil-pajjiż. Għandu jkun stabbilit f’liema ċirkostanzi għandhom jingħataw garanziji bħal ma ngħataw lill-Electrogas.

Mario de Marco qal li l-ħatra ta’ kumitat għall-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku għandha ssir b’konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni.