Fl-Iżvizzera, instabu l-katavri ffriżati ta’ mara u raġel li ilhom neqsin mill-1942 wara li bdiet tonqos medda kbira ta’ silġ magħqud fl-inħawi partikulari.
Skont ir-rapporti, il-koppja – Marcelin u Francine Dumoulin – kienu għebu, 75 sena ilu, wara li marru biex jieħdu ħsieb il-baqar tagħhom fir-reġjun tal-Alpi. Magħruf li din il-koppja kellha sebat itfal u l-awtoritajiet, issa, iridu jgħaddu l-katavri minn provi tad-DNA.
L-iżgħar tifla tal-koppja, li għandha 79 sena, qalet li l-aħbar dwar is-sejba tal-ġenituri nisslitilha ‘sens kbir ta’ kalma’ u li trid tagħtihom il-funeral li jixirqilhom. Hi qalet ukoll li l-membri tal-familja tagħha ‘ilhom ħajjithom kollha jfittxu għall-koppja mitlufa’.
//= $special ?>