Is-servizzi sigrieti tal-Korea t’Isfel qed jinvestigaw kif u jekk Lim Ji-hyun, personalità popolari fuq it-televiżjoni fil-Korea t’Isfel li kienet ħarbet mill-Korea ta’ Fuq, fl-2014, inħatfitx lura mir-reġim fi Pyongyang. Uħud min-nies li kienu diġà ħarbu mill-Korea Komunista jgħidu li hi setgħet inħatfet minn mal-fruntiera maċ-Ċina waqt li kienet qed tħarrab lil xi qraba.
Din l-ispekulazzjoni qamet meta mara li tixbah lil Lim dehret, nhar il-Ħadd, fuq filmat propogandistiku ġo Pyongyang fejn qalet li hi kienet imġiegħelha taqsam il-fruntiera, fejn spiċċat sfurzata tgħaddi kummenti kontra l-Korea Komunista. Il-mara temmet tgħid li hija rritornat minn jeddha fil-Korea ta’ Fuq wara li ħasset in-nuqqas tal-ġenituri tagħha f’ħajjitha.
Lim, li introduċiet ruħha bl-isem ta’ Jeon Hye-Sung fil-filmat, kienet wiċċ familjari fuq it-televiżjoni tal-Korea t’Isfel, fejn dehret diversi drabi fuq talk shows u programmi tar-reality tv.
//= $special ?>