Futbol Sport

Missjoni diffiċli għal Hibernians

(Ritratt - Trevor Sollars)

Nhar l-Erbgħa ċ-champions Maltin Hibernians għandhom biċċa xogħol ferm iebsa biex iwettqu rimonta fit-tieni leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni hekk kif jilagħbu barra minn darhom kontra FC Salzburg tal-Awstrija.

Dawn tal-aħħar, ġimgħa ilu, bl-iktar mod faċli fis-sħana ta’ Kordin bnew vantaġġ ta’ tliet gowls billi rebħu l-konfront 3-0.

Issa Hibs iridu tal-anqas jirbħu bl-istess skor biex jisfurzaw il-ħin barrani. Min jgħaddi għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni jilgħab kontra t-tim ta’ Rijeka tal-Kroazja jew it-tim ta’ The New Saints ta’ Wales.

L-ewwel legs tat-tielet rawnd tal-UEFA Champions League jintlagħbu fil-25 u 26 ta’ Lulju, bil-logħbiet ta’ ritorn fl-1 u t-2 ta’ Awwissu.