L-ewwel żewġ nominazzjonijiet uffiċjali għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista jingħataw prominenza fl-ewwel faċċata ta’ In-Nazzjon, flimkien ma’ rapport dettaljat tal-konferenzi tal-aħbarijiet li għamlu lbieraħ wara li ppreżentaw in-nomina tagħhom.
Storja oħra ta’ In-Nazzjon tittratta l-eluf ta’ trusts li qed jaħarbu minn New Zealand, il-pajjiż li s-sena li għaddiet fl-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers, kien żvelat li fost it-trusts ta’ xi barranin kien hemm ukoll dawk tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.
Stejjer oħrajn jittrattaw ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar trasferiment ta’ proprjetà, il-qerda ta’ siġar f’Ħal Lija u l-maratona ta’ ġbir ta’ fondi ‘Oħloq Tbissima’ li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Fil-paġni tal-opinjonijiet illum insibu l-analiżi ta’ Jason Azzopardi u Mario Schiavone.
//= $special ?>