R Kelly, wieħed mill-iktar kantanti famużi tal-R&B, qed jiċħad allegazzjonijiet minn BuzzFeed li hu qed jikkundizzjona bosta nisa, li primarjament avviċinawh sabiex jgħinhom jimxu ’l quddiem fil-karriera mużikali tagħhom, biex jaġixxu skont il-volontà tiegħu mingħajr ebda kontrol fuqhom infushom.
Ir-rapport, li kkwota uħud mill-ġenituri tat-tfajliet, jgħid li huma ilhom ma jaraw u wisq iktar ikellmu lil uliedhom għal xhur, u li dawn in-nisa adulti kellhom rutini kkundizzjonati mill-kantant. Dawn ir-regoli jinkludu x’ jistgħu jieklu u x’jilbsu, meta jinħaslu u jorqdu u kif jingaġġaw f’attivitajiet sesswali rrekordjati minnu.
Għalkemm il-ġenituri rrappurtaw it-tħassib tagħhom lill-Pulizija, in-nisa qalu li Kelly la qed jikkundizzjonahom u lanqas qed jinżammu kontra l-volontà tagħhom.
Fil-passat Kelly kien affaċċja bosta akkużi ta’ kondotta sesswali ħażina iżda qatt ma nstab ħati.
//= $special ?>