Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jindarab gravi fi splużjoni żgħira f’Ħal Far

Raġel ta’ 34 sena weġġa’ fi splużjoni żgħira f’fabbrika f’Ħal Far, f’inċident li seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-ħamsa.

Fl-inċident, spara valve li minnu ħareġ xi fwar, b’konsegwenza li l-ħaddiem indarab. Dan meta kien qed isir xi xogħol ta’ manutenzjoni f’żona partikolari tal-fabbrika.

Fuq il-post marru kemm Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Kien hemmek li r-raġel, li hu minn Ħal Lija, kien ċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.