“Naħdmu, inwettqu, nikkonvinċu” – din hija tema magħżula mill-Kandidat Nazzjonalista issa għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, illi nieda il-kampanja tiegħu fil-binja tal-AŻAD fil-Belt Valletta wara li tefa n-nomina fid-Dar Centrali ftit tal-]in qabel.
Fl-indirizz lill-ġurnalisti Perici Calascione ppreżenta il-prijoritajiet tal-Partit, pjan ta’ ħidma tiegħu la kemm-il darba jiġi elett Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Alex Perici Calascione qal li jrid li bħala Kap ġdid jrid li l-partit jħaddan skambju ta’ fehmiet diversi iżda li lkoll iħaddnu l-interess tal-għaqda, li l-Partit mill-ġdid jerġa jkollu għarfien meqjus xieraq tas-soċjetà fejn fost l-oħrajn jintuża l-kuntatt dirett tal-prinċipji tal-ħidma tal-Kumitati Sezzjonali tal-lokal fejn joffru din ir-realtà lill-Partit.
Perici Calascione għamel enfasi li f’dawn l-aħħar erba’ snin huwa kien preżenti fil-Partit fil-kariga ta’ teżorier fost il-bosta snin li ilu jservi fil-PN. F’dawn is-snin speċjalment hu ħadem biex il-finanzi tal-Partit jerġgħu jissaħħu.
Alex Perici Calascione qal li jemmen li fil-politika t-tajjeb għandu jissaħħaħ, u kif, madanakollu l-ħażin għandu jiġi mminimiżat u jekk huwa possibli jitneħħa għal kollox.
AKTAR KMIENI
Ftit tal-ħin ilu Alex Perici Calascione tefa’ n-nomina għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Ftit tal-ħin ieħor Perici Calascione se jindrizza Konferenza Stampa fil-binja tal-AŻAD fil-Belt Valletta.
In-nomini jibqgħu jintlaqgħu fid-Dar Ċentrali tal-PN sal-lum fis-18.00.
L-ewwel fażi tal-elezzjoni se ssir fl-ewwel weekend ta’ Settembru meta jitlaqqa’ Kunsill Ġenerali.
Imbagħad s-Sibt 16 ta’ Settembru titlaqqa’ Konvenzjoni Ġenerali b’elezzjoni għall-kariga ta’ Kap, bil-votanti jkunu t-tesserati kollha tal-partit.
Wara li jinħatar Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, jibda l-proċess biex jiġu eletti l-Viċi Kapijiet kif ukoll il-karigi l-oħra amministrattivi.
//= $special ?>