Futbol Sport

Antonio Conte jiffirma kuntratt ġdid ta’ sentejn ma’ Chelsea

Antonio Conte rebaħ il-Premier League Ingliż fl-ewwel staġun tiegħu

Il-manager Antonio Conte ffirma kuntratt ġdid maċ-Champions Ingliżi Chelsea biex xejjen spekulazzjoni li jista’ jħalli l-klabb. Dan il-ftehim hu simili għal dak li kellu eżistenti f’termini ta’ tul, iżda t-termini personali huma ferm itjeb minn dak li kellu.

Fis-sajf li għadda, Conte ffirma kuntratt ta’ tliet snin u fl-ewwel staġun mexxa lil Chelsea għar-rebħ tal-Premier League. “Ninsab kuntent li ffirmajt kuntratt ġdid ma’ Chelsea. Ħdimna iebes ħafna fl-ewwel sena biex niksbu xi ħaġa mill-isbaħ li jien kburi ħafna. Issa rridu naħdmu aktar iebes biex nibqgħu fuq. Il-partitarji ta’ Chelsea tawni ħafna sapport minn meta wasalt hawn sena ilu u hu importanti li nkomplu niksbu suċċess flimkien,” qal Conte.

Taħt il-gwida tal-kowċ ta’ 47 sena, Chelsea kienu rkupraw minn telfa’ ta’ 3-0 kontra Arsenal fl-24 ta’ Settembru, u kisbu 30 rebħa fil-proċess fosthom rekord tal-klabb ta’ 13-il rebħa konsekuttiva fil-kampjonat. Iżda huma naqsu li jiksbu d-double wara li tilfu kontra Arsenal fil-finali tal-FA Cup f’Wembley f’Mejju.

Id-direttur tal-klabb Marina Granovskaia qalet li Conte kiseb adatta malajr fil-futbol Ingliż u kiseb suċċess inkredibbli. Hi qalet li l-kuntratt il-ġdid jirrifletti l-fiduċja tal-klabb fil-manager Taljan li jista’ jikseb ir-riżultati fir-ritorn tagħhom fiċ-Champions League.

Il-kuntratt il-ġdid tħabbar hekk kif Conteqed jipprepara ma’ Chelsea fit-tournament ta’ qabel l-istaġun fl-Asja fejn se jilagħbu kontra Arsenal, Bayern Munich u Inter.

Tags