Lokali Parlament

Appell biex il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jinħatar sa Ottubru

– Godfrey Farrugia, PD

Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia appella lill-Prim Ministru biex il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkun maħtur bi qbil sa Ottbru li ġej.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar mozzjoni dwar l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, Godfrey Farrugia qal li sena ilu l-mozzjoni kienet tressqet biex jitħares l-interess tal-pajjiż fil-kuntest tal-Presidenza tal-UE. Din kienet tressqet meta kull tentattiv kien disuss mal-Opożizzjoni u kienet tiggartixxix serħan il-moħħ fejn id-doveri u blbigi nazjzonali jitħarrsu minħabba l-President.

Godfrey Farrugia qal li dak li kien ħażin qabel jibqa ħażin u se jiba’ jikkritika b’mod kostruttiv . Hu staqsa x’inhu l-iskop wara didn il-mozzjoni ta’ proċedura fi stadju daqshekk kmieni ta’ din il-leġiżlatura.

Godfrey Farrugia tkellem lejn il-binja tal-parlament u qal li din kellha effett biex il-parlament tqarreb iktar lejn il-poplu. Hu appella biex jibdew diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni dwar il-Kummissarju għall-Istandards u qal li dan għandu jinħatar sa Ottubru biex meta jerġa’ jiftaħ il-parlament ikun approvata.

Godfrey Farrugia qal li l-kunċett tal-privileġġ parlamentari mhux ħażin għalkemm l-abbuż hu ħażin. Jeħtieġ li l-parlament ikollu ħinijiet adegwati waranofsinhar.

Hu appella lill-Pirm Ministru biex jitressaq l-abbozz ta’ membri fuq il-bordijiet u ambaxxaturi minn Ottubru u li jinfetħu dikussjonijiet dwar l-ordnijiet permamenti tal-Kamra.