Lokali Parlament

Appell tal-Oppożizzjoni għal parlament iktar effiċjenti u effettiv

– Mario de Marco, PN

Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco appella għal sens ta’ kooperazzjoni fir-regoli tal-parlament biex il-parlament isir iktar effiċjenti u effettiv.

F’diskors fil-parlament Mario de Marco qal li l-impenn tal-parlament u l-aspett demokratiku jevolvi u għalhekk ili-proċeduri għandhom ikunu aġġornati. Il-mozzjoni tal-gvern hi simili għal dik li kienet diskussa sena ilu li kienet tirrigwardja diversi aspetti.

Il-Viċi-Kap qal li l-mozjzni tal-gvern hi l-istess bħal dik li fuqha ttieħed vot sena ilu. Hu sostna li wasal iż-żmien li d-deputati jkollhom l-opportunità li jagħżlu jekk iridux ikunu full-tim. Fir-realtà x-xogħol tal-parlament kiber u l-liġijiet saru iktar sofisikati. Għalhekk id-deputati jridu jkunu iktar preparati.

Mario de Marcco qal li dibattitu f’inqas ħin ifissru preparazzjoni iktar intensiva. Għalhekk id-deputati għandu jkollhom iktar assistenza permezz ta’ assistenti riċerkaturi kif hemm f’kull parlament full-time Ewrwopew.

Ikun għajb jekk Malta jkollha żewġ livelli ta’ deputati; dawk fil-parlament Ewropew mgħammra bl-assiteni riċerkaturi u dawk f’Malta li m’għandhom l-ebda riċerkaturi. Għandu għalhekk ikun hemm grupp ta’ riċerkaturi li junu għad-dispożizzjoni tad-deputati.

Dwar il-ġranet tal-parlament, Mario de Marco qal li d-deputati jirrikonoxxu li għanddhom kunu flessibbli. Hu semma l-ġurnata tal-Ħamis meta jkun diskuss xogħol tal-Oppożizzjoni u sostna li s-sitema għandha tassigura li d-dritt tal-Oppożizzjoni jrid ikun garantit.

L-Oppożizzjoni qed tipproponi li l-Gvern ikollu ġimgħa waqt li l-Oppożizzjoni jollha ġimgħa oħra iżda l-Gvern ippropona li din tkun kull tliet xhur. Il-Gvern ma ġabx kompromess u kien applikat il-posponiment ta’ tliet xhur. L-Oppożizzjoni temmen li biex tgħaddi mill-kliem għall-fatti biex il-parlament ikun iktar effiċjenti u effettiv.

Meta tkellem dwar il-kworum, Mario de Marco qal li l-Oppożizzjoni tabel li dan ikun ta’ 15-il deputat iżda l-Gvern, minkejja l-maġġoranza, ħass il-bżonn li jtawwal il-ħin tal-kworum minn 5 minuti jew 15-i minuti iżda estendieh għal 20 minuta. Il-Gvern għandu jkollu 15-il deputat fil-parlamnet, sostna Mario de Marco.

Dwar il-deferred division, Mario de Marco qal li fil-passat kien hemm deputati Laburisti li kien kontriha fosthom il-Ministru Owen Bonnici, il-Ministru Josè Herrera, il-Ministru Carmelo Abela , il-Ministru Evarist Bartolo u d-deputat Laburista Agius Decelis li kienu qalu li d-deferred divison se ddgħajjef ir-rwol tal-parlament u tal-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż.

Dak iż-żmien meta l-Gvern Nazzjonalista kien ressaq mozzjonijiet ta’ proċedura li fiha kien hemm id-deferred division, il-PL kien qal li l-Oppożizzjoni għandha d-dritt li sejjaħ division u kworum meta trid.

Il-PL kien akkuża kwoll lill-Gvern Nazzjonalista b’dittatura u li bd-deferred divsion il-parlament se jkun ridott għal rubber stamp. Il-kelliema Laburista llum għandhdo jirrikonoxxu li kellhom żball.

Mario de Marco tkellem dwar il-ħinijiet tad-diskorsi u qal li l-Oppożizzjoni mhix kontra li dawn ikunu massimu ta’ 30 minuta jew anki inqas iżda biex id-diskorsi jiqasru d-deputati jrid ikollhom l-għodda biex jirriċerkaw.