Futbol Sport

CHAMPIONS LEAGUE – Hibs eliminati

Tard l-Erbgħa filgħaxija ċ-champions Maltin Hibernians sfaw eliminati mit-tieni leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni hekk kif tilfu bi skor ta’ 3-0 barra minn darhom kontra FC Salzburg tal-Awstrija.

Dawn tal-aħħar kienu kważi diġa’ b’sieq fil-fażi li jmiss wara li ġimgħa ilu, bl-iktar mod faċli fis-sħana ta’ Kordin kienu bnew vantaġġ ta’ tliet gowls billi rebħu l-konfront 3-0.
B’hekk Salzburg għaddew b’aggregate ta’ 6-0.

Salzburg mal-ewwel ħarġu fuq l-attakk biex jaċċertaw mill-kwalifikazzjoni u wara biss 11-il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ RZATKOWSKI. It-tim Awstrijakk kompla jippressa u fid-19-il minuta skurja ieħor permezz ta’ GULBRANDSEN.

Minn hemm ‘il quddiem l-avversarji tal-Maltin ikkontrollaw il-logħba bl-aktar mod faċli u sitt minuti mit-tmiem issiġillaw il-konfront b’gowl ta’ HAIDARA.

Issa Salzburg imosshom jilagħbu kontra Rijeka tal-Kroazja jew it-tim ta’ The New Saints ta’ Wales.

L-ewwel legs tat-tielet rawnd tal-UEFA Champions League jintlagħbu fil-25 u 26 ta’ Lulju, bil-logħbiet ta’ ritorn fl-1 u t-2 ta’ Awwissu.