Lokali

Chris Said jipproponi rappreżentant dwar id-drittijiet tat-tfal

Elezzjoni għall-Kap tal-PN

Il-kandidat għall-elezzjoni għal ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Chris Said, illum ħabbar li bħala Kap tal-Partit Nazzjonalisa se jkun qed jaħtar rappreżentant speċjali dwar id-drittijiet tat-tfal.

Permezz ta’ stqarrija lill-mezzi tax-xandir Chris Said qal li għalih l-ulied huma prijorita’ għaliex huma l-futur tal-pajjiż. Qal ukoll li fost l-ewwel inizjattivi se jkun qed isejjaħ Konferenza Nazzjonali għall-Ġenituri.