Fil-perjodu li fih setgħu jintlaqgħu n-nomini għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake rċeviet total ta’ erba’ nomini: Adrian Delia, Alex Perici Calascione, Frank Portelli, u Chris Said.
Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li l-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali biex jgħaddu żewġ kandidati għall-elezzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali se ssir is-Sibt 2 ta’ Settembru. Jekk ikun hemm bżonn it-tieni rawnd ta’ votazzjoni, dan isir il-Ħadd 3 ta’ Settembru.
//= $special ?>