Ftit tal-ħin ilu Frank Portelli tefa’ n-nomina għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
B’hekk tefgħu n-nomina għal Kap tal-Partit; Chris Said, Adrian Delia, Alex Perici Calascione u issa Frank Portelli.
In-nomini għalqu fis-18.00 tal-lejla.
L-ewwel fażi tal-elezzjoni se ssir fl-ewwel weekend ta’ Settembru meta jitlaqqa’ Kunsill Ġenerali.
Imbagħad s-Sibt 16 ta’ Settembru titlaqqa’ Konvenzjoni Ġenerali b’elezzjoni għall-kariga ta’ Kap, bil-votanti jkunu t-tesserati kollha tal-partit.
Wara li jinħatar Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, jibda l-proċess biex jiġu eletti l-Viċi Kapijiet kif ukoll il-karigi l-oħra amministrattivi.
//= $special ?>