Lokali Parlament

Għandu jitkabbar ir-rispett lejn il-parlament…l-eda deputat m’għandu jiġi mżeblaħ

– David Agius, PN

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni David Agius appella biex jitkabbar ir-rispett lejn il-parlament u biex l-ebda deputat ma jiġi mżeblaħ.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar il-Mozzjoni dwar l-Ordnijiet Permanenti, David Agius qal li l-aktar importanti hu li d-deputati juri rispett lejn xulxin.

Il-parlament għandu jkollu l-flesibbilta li jiltaqa x’ħin ikun hemm bżonn u għalhekk m’għandux jintrabat b’ħinijiet. Bi djalogu għandhom isiru seduti bi qabil għaliex il-liġijiet jgħaddu għall-benefiċċju tal-poplu.

Hu qal li l-gvern irid jifhem li anki l-Oppożizzjoni għandha r-rwol tagħha u d-dmir li tressaq mozzjonijiet privati mid-deputati. Għalhekk il-perjodu ta’ tliet xhur għandu jitnaqqas, sostna David Agius, li appella lill-Gvern biex jinstabu l-ġranet u l-kmumenti għall-Private Mmebers Bill.

Meta tkellem dwar il-kworum, id-deputat Nazzjonalista qal li l-aktar importanti mhux il-ħin iżda l-użu bil-għaqal tal-Oppożizzjoni. Il-kworum għandu jissejjaħ biss f’sitwazzjoniiet gravi.

Dwar il-mod kif jittieħdu l-votazzjonijiet, David Agius qal li l-voti għandhom jttieħdu bi qbil. Hu appella għlal-inroduzjzoni ta’ riċerkaturi bie xjgħinu lid-dpeuttai fid-diskorsi tagħhom. Il-Gvner għanud sjaħħaħ l-invstiment fil-parlament biex b’hekk tissaħħħa la-wtonomija.

David Agius qal li spiċċa ż-żmien li d-deputati jiġu trattati b’mod ħażin u mżebilħa minn min jitkeb fi bloggs u fil-ġurnali. Hu kompla li għandhom jinstabu metodi kif fil-pajjiż ikun hemm rispett lejn id-deputati u l-ministri iżda anki li jinqatgħu mill-gazzetti ittri u artikli bla isem. Irridu nneħħu l-ħdura mill-politika, saħaq David Agius, li kompla li l-aktar importanti hu li jitkabbar ir-rispett lejn il-parlament.

Hu appella biex sa Ottubru jkun hemm l-istrutinju tal-kapijiet tal-entitajiet, jistab qbil dwar il-Kummissarju għall-Ħajja Pubblika u jsir l-analiżi ta’ persuni pubbliċi oħra. Hu appella wkoll biex isir il-Prime Minister Question Time fil-parlament

Il-Whip tal-Opożizzjoni David Agius qal li għandu jkun hemm rispett lejn l-Oppożizzjoni fil-mod kif il-Gvern iwieġeb il-mistqsijiet parlamentari.

Dwar in-numru ta’ nisa fil-parlament, David Agius qal li l-Oppożizzjoni lesta tiddiskuti l-proposti tal-Prim Ministru biex jiddaħħlu iktar nisa fil-parlamnet iżda jrid ikun ikkunsidrat kuoll li l-lingwaġġ użat fil-parlament mhux qed jattira nies ġodda lejn il-politika.

David Agius qal li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex iż-żgħażagħ ta’16-il sena jivvutaw tħalliet fuq l-ixkaffa u ma tressqitx. Hu sostna li karigi għolja fil-pajjiż għandhom ikunu eletti b’żewġ terzi tal-parlament biex l-istuzzjonijiet jaħmdu b’mod awtonomu.

Il-pajjiż għandu jagħmel riformi kosituzzjonali iżda l-Oppożizzjoni għandha tinstema b’rispett biex jitwettaq dak li hu ta’ ġid għall-poplu.