Il-parlament ta’ din it-13-il leġiżlatura llejla aġġorna għas-sajf u se jerġa’ jiltaqa’ fit-2 ta’ Ottubru 2017 fis-6 p.m.
Dan il-parlament wara l-aħħar elezzjoni biex b’mod immedjat għadda u approva l-liġi dwar iż-żwieġ; liġi li permezz tagħha kien possibbli li persuni tal-istess sess jiżżewġu.
Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco irringrazzja lid-deputati kollha, lill-Ispeaker, lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema tal-parlament għall-ħidma li wettqu tul dawn is-seduti.
Hu mistenni li hekk kif jidħol lura l-parlament jiddiskuti suġġetti ta’ natura importanti fosthom il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Ħajja Pubblika, il-legaliżazzjoni ta’ tip ta’ droga, it-traffikar ta’ persuni għal skop ta’ prostituzzjoni u liġijiet oħra ta’ natura soċjali.
Hu mistenni wkoll li f’Ottubru li ġej tissaħħaħ id-diskussjoni dwar l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra biex b’hekk il-parlament jibda jiffunzjona b’mod iktar effettiv u effiċjenti. Din il-liġi kienet diskussa fis-seduta tal-lum.
Il-ftuħ tal-parlament f’Ottubru 2017 se jara lill-PN fl-Oppożizzjoni b’Kap tal-Oppożizzjoni ġdid minħabba li l-Kap il-ġdid tal-PN se jkun maħtur sa Settembru 2017.
//= $special ?>