Lokali

Il-Gvern waqqaf l-investiment f’eco-Għawdex b’detriment għall-futur tal-gżira-reġjun

– Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li l-gvern Laburista waqqaf l-investiment f’eco-Għawdex b’detriment għall-ġżira Għawdxija meta eco-Għawdex kienet fil-futur tal-gżira.

Fl-Aġġornament fil-parlament Fredrick Azzopardi qal li Għawdex għandu bżonnijiet partikolari għalih; kif jemmen il-PN. Għall-PN Għawdex għandu post partikolari tant li mill-gvern il-PN dejjem wettaq politika li tpoġġi lil Għawdex bi prijorità.

Id-deputat Nazzjonalista semma l-investimenti li l-Gvern Nazzjonalista għamel f’Għawdex fosthom fil-vapuri bejn Malta u Għawdex, il-bini tat-terminals, l-investimenti fit-toroq u eco-Għawdex.

Din kienet waħda mill-proposti ewlenin fil-programm elettroali tal-PN għall-elezzni tal-2008. Dan kien kunċett li jiġbor fih viżjoni għlal-futur ta’ Għawdex biex Għawdex titrasforma f’realtà sostneibbbli.

Mira oħra tal-PN kienet li Għawdex isir gżira ta’ eċċellenza b’inqas ħsara fuq l-ambjent waqt li jinħolqu iktar impjiegi ta’ kwalità. Eco-Għawdex kienet iċ-ċavetta tas-suċċess għal Għawdex bi protezzjoni xierqa għall-ambjent. Għawdex kien beda t-triq għal ekeonomija sostenibbli b’infrastruttura fl-edukazzjoni.

Id-deputat Naazzjonalista semma d-diversi proġetti li għamel Gvern Nazzjonalista fis-settur tal-ambjent fosthom fil-preservazzjoni tal-ilma tax-xita u l-waqfien tad-drenaġġ fil-baħar.

Hi ħasra li l-Gvern Laburista ma baqax jimxi fuq il-passi ta’ Gvern Nazzjonalista dwar Għawdex u ma baqax jagħti imnportanza lill-proġett eco-Għawdex.