Lokali

Il-Qorti tal-Appell tiddeċiedi li t-tort ma kienx kollu tas-CPD

Arkivji
Ħaddiem iweġġa' waqt taħriġ mis-CPD. Il-każ imur lura 15-il sena

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien ordant mill-Qorti tal-Appell biex iħallas ħaddiem ta’ Kumpanija li weġġa’ waqt li kien qed jitħarreġ dwar tifi tan-nar. Il-każ imur lura għal 15-il sena. Is-somma ta’ kumpens tammonta għal €31, 320.

Il-Ħaddiem hu Pierre Farrugia li kien waqa’ żewġ sulari u weġġa’ gravi waqt taħriġ mis-CPD f’Ħal Far. Kawża tal-inċident Farrugia sofra diżabilita’ ta’ bejn 8% u 12%. Dak iż-żmien Farrugia kien jaħdem mal-kumpanija ST Microelectronics.

L-ewwel Qorti kienet ordnat lis-CPD biex tħallas kumpens ta’ €73,240. Iżda l-Qorti tal-appell issa ddeċidiet li parti mit-tort kien ta’ Farrugia wkoll mhux biss tal-Protezzjoni Ċivili u b’hekk naqqset il-kumpens għal €31,320.