Lokali Parlament

Meħtieġa għajnuna diretta lil pazjenti b’ċertu mard

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li hemm divesi pazjenti li jbatu minn mard partikoalri li għanhom bżonn attenzjoni partikolari bie xikunu jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Fl-Aġġornament fil-parlament, Stephen Spiteri qal li s-sistema tas-saħħa hi waħda b’saħħitha iżda hemm diversi nuqqasijiet. Hu semma l-iskema tal-Kartuna s-Safra lil pazjenti milquta minn marda kronika biex dawn jingħataw mediċini bla ħlas. Dawn ikunu pazjenti li se jkunu effettwati tul ħajjithom kollha u għalhekk iridu jkunu mgħejjuna mill-istat.

Il-pazjenti milquta mill-kanċer għandhom ikunu mgħejjuna bl-aħjar mod u bl-aktar kura moderna possibbli. Aktar u aktar mediċni qed jiddaħħlu fil-formolarju biex dawn il-pazjenti jingħataw aktra kura b’xejn. Fl-aħħar ġimgħat il-gvern qed joffri iktar kura intensiva lil dawn il-pazjenti vulnerabbli.

Id-deputat Nazzjonalista semma d-diabate u qal li l-gvern se jilqa’ t-talba biex il-pajzenti jingħataw l-isticks biex il-pazjenti jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor biex ikollhom kura aħjar. Dawn għandhom jingħataw mill-iktar fis lil dawn il-pazjenti.

Stephen Spiteri tratta l-problema tal-persuna li ma jistgħux jieħdu prodotti tal-qamħ; liema persuni huma obbligati li jżommu dieta partikolari u stretta u jevitaw il-qamħ. Hu qal li kien avviċinat minn diversi pazjenti li rrimarkaw li s-sistema preżenti trid titjieb.

Fil-pajjiż hawn 1294 persuna intitolati għall-benefiċċji għalkemm l-indikazzjonijiet huma li hemm persuni oħra li huma intitolata għall-Kartuna s-Safra. Dawn qed jibbenefikaw minn E45 f’vouchers fix-xahar waqt li dawk li għandhom iktar minn 60 sena jieħdu E50 f’vouchers fix-xahar.

Dan meta l-prodotti huma għaljin ħafna u għalhekk dan l-ammont jista’ jkun ftit wisq biex ilaħħqu mad-dieta tagħhom. Għalhekk din is-sistema għandha tkun riveduta.

Hemm problema wkoll li mhux kull prodott li huma jkunu jridu huma inklużi fil-vouchers li huma jingħataw. Is-sistema għandha tkun waħda li tirrispetta lil dawn il-pajzenti.

Kundizzjoni li tkellem dwarha Stephen Spiteri hi l-eczema fejn qal li minkejja li saru mill-Assoċjazzjoni tal-Ecsema u anki mill-PN, il-kundizzjoni għad ma tniżżlitx fl-iskema tal-Kartuna s-Safra u għalhekk il-pazjenti mhux intitolati għal danw il-mediċini.