Għat-tieni sena konsekuttiva ġiet imnedija l-‘Malta Architect Awards’’, kompetizzjoni ta’ rikonoxximent lejn arkitetturi u periti lokali. Din il-kompetizzjoni tirrikonoxxi livell għoli ta’ dizinn li qed iħalli impatt fuq il-futur ta’ pajjiżna.
Il-kumpanija iMNG Ltd qed torganizza dawn l-awards bis-support tal-Planning Authority, bir-rebbieħa ser jitħabbru f’Ottubru tal-2017. Il-ġurija ser tkun komposta kemm minn professjonisti lokali kif ukoll dawk barranin li flimkien ser ikunu qed iħabbru unuri minn tmien kategoriji differenti.
Dwar dan tkellimna maċ-Chairperson tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u ċ-chairperson tal-ġurija, Vincent Cassar.
Meta mistoqsi dwar dak li hu mistenni minn dawk li japplikaw, il-Perit Vincent Cassar wera’ il-kriterji speċifiċi li għandhom jippreżentaw.
Iċ-chairman tal-ġurija, l-Perit Cassar sostna hekk kif is-sena l-ohra din il-kompetizzjoni kienet ta’ suċċess kbir, hu mistenni li din is-sena tkun suċċess ikbar, li tkun xhieda ta’ apprezzament lejn l-arkitettura.
Kompla jgħid li minkejja li l-applikazzjonijiet għal-permessi żdiedu, l-kwalita’ fid-diżinn huwa evidenti. Huwa qal li hu għalhekk li għandna nkomplu intejbu l-opportunitajiet ta’ din il-professjoni għaliex kwalita’ ta’ diżinn aħjar iwassal fi kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
//= $special ?>

