L-istorja b’rabta mal-ewwel kummenti li ta l-Membru Parlamentari Ewropew ġdid, Francis Zammit Dimech, wara li kien elett biex ħa post Therese Comodini Cachia li ġiet eletta fil-Parlament Malti, tingħata prominenza fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon. Storja oħra hi d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Kriminali li ordnat li każ dwar falsifikazzjoni ta’ ċertifikati tal-VRT jinstema’ mill-ġdid.
Stejjer oħrajn huma relatati mid-dibattitu li għaddej din il-ġimgħa fil-Parlament, li llum mistenni li jieqaf għall-vaganzi tas-sajf.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Justin Schembri u Mark Anthony Sammut.
//= $special ?>