Inċident mhux tas-soltu seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1745pm fil-bajja ta’ bejn ir-Riviera u l-Ġnejna, fejn żewġt irġiel weġġgħu wara li qabżu għoli ta’ madwar tliet sulari, b’zorb ball minn fuq l-irdum ta’ Riviera Martinique u ġew fuq il-blat.
Minħabba li l-post fejn ġew mhuwiex aċċessibbli, kellha tintalab l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li tellgħu wieħed mill-irġiel permezz ta’ ħelicopter. Ir-raġel li għandu 31 sena u joqgħod is-Swieqi ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel l-ieħor li għandu 28 sena u residenti s-Swieqi wkoll ingħata l-kura medika minħabba li weġġa’ ħafif.
Fil-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tar-Red Cross li wkoll taw l-assistenza tagħhom.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.
//= $special ?>