Lokali

Persuni urtati għax żewġ guvintur niżlu jgħumu bla ħwejjeġ f’Tas-Sliema

Żewġ ġuvintur it-Tlieta iddeċidew li jinżlu jgħumu f’Tas-Sliema bla ħwejjeġ. Dan wassal biex diversi persuni li kienu qgħedin fl-istess żona ta’ Fond Għadir ħassewhom urtati b’dak li għamlu dawn il-ġuvintur “f’post pubbliku”.

Il-Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li hekk kif il-ġuvintur neħħew il-ħwejjeġ u niżlu jgħumu, kienu diversi l-persuni li rrimarkawlhom biex jilbsu mill-ġdid il-ħwejjeġ, inkella kienu se jirrapurtawhom il-Pulizija.

F’Malta huwa llegali li tkun għarwien f’post pubbliku.