Membri tal-Pulizija tal-RIU ssejħu fi Triq id-Duluri, f’tal-Pietà, meta għal xi raġuni mhux magħrufa sewwieq ta’ mutur daħal fit-triq minn daħla ‘one-way’. Kien hawnhekk li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li ħabat ma karozza pparkjata u tkaxkar.
Filwaqt li allegatament l-Pulizija kienu qed isegwu lis-sewwieq tal-mutur, xhieda fuq il-post sostnew li l-uffiċjali sabu ammont kbir ta’ flus kontanti mremblin fil-pussess tiegħu.
Is-suspettat ittieħed l-Isptar għal aktar kura.
//= $special ?>