Il-klabb tal-Waterpolo Sirens ħabbar li ffirma ftehim mal-operatur tar-Remote Gambing Greentube biex ikun l-isponsor uffiċjali tal-klabb. Bħalissa fil-kampjonat Premier, Sirens qed jisfidaw biex itemmu t-tieni rawnd mal-ewwel tlieta u jinsabu biss punt taħt Neptunes u Sliema, bl-aħħar logħba tat-tieni rawnd tkun dik determinanti kontra Sliema. Sirens bħala klabb kellhom l-akbar suċċess fil-kampjonat nazzjonali tal-għawm.
Il-Viċi President ta’ Sirens John Farrugia qal li fl-aħħar snin il-klabb investa ħafna fis-settur taż-żgħażagħ biex ikun jista’ jikkompeti fil-waterpolo lokali filwaqt li sar l-akbar klabb tal-għawm f’Malta. “Nemmnu f’valuri simili b’mod partikolari fl-iżvilupp taż-żgħażagħ u sport. Il-klabb hu kuntent hu sodisfatt li Greentube aċċettaw li jkunu sponsors tagħna,” kompla Farrugia.
Id-Direttur Maniġerjali ta’ Greentube Trevor Degiorgio, spjega li dan l-isponsor se jgħolli l-profil tal-kumpanija f’Malta. Greentube li hu isem sinonimu mal-industrija tal-gaming, għandha fost l-impjegati lill-eks plejer tat-tim nazzjonali u llum plejer ta’ Sirens John Brownrigg.
Hu qal li dan il-ftehim juri l-impenn soċjali tal-kumpanija lejn l-impjegati tagħha filwaqt li jgħinu liż-żgħażagħ fl-isport li hu valur importanti għal Sirens. Greentube jemmnu fl-attività sportiva fil-ħajja personali tal-individwu.
//= $special ?>