Internazzjonali

Taljan u Ingliż imutu f’bajja qrib Brindisi

Raġel Ingliż u ħaddiem Taljan mietu fuq il-bajja Bosco Verde f’ Ostuni, mal-kosta tax-xlokk tal-Italja qrib Brindisi,. Dan wara li ħarġu jgħinu tifla ta’ 11-il sena u ’l nannuha li sabu ruħhom f’diffikultà jgħumu f’baħar qawwi waqt li kienu qed jilgħabu flimkien.

Għalkemm il-missier Ingliż tat-tifla, identifikat bħala Simon Alessandro Pearson ta’ 48 sena, u t-Taljan, magħruf bħala Martino Maggi ta’ 49 sena, ġew salvati ħajjin, huma mietu ftit wara waqt li xi ħaddiema tas-salvataġġ kienu qed jippruvaw isalvawhom. Mill-banda l-oħra, kemm it-tifla u nannuwha eventwalment ġew salvati.

Rapporti mill-mezzi tax-xandir Taljani jgħidu li ż-żewġ irġiel mietu wara li ma rnexxielhomx jikkumbattu s-saħħa tal-kurrent tal-mewġ biex jirriturnaw lura mal-kosta.