Prosekuturi Ġermaniżi qed jinvestigaw jekk tfajla Ġermaniża ta’ 16-il sena, li allegatament ġiet irrappurtata nieqsa mir-raħal ta’ Pulsnitz fl-istat Ġermaniż ta’ Saxony s-sajf li għadda, kinitx fost il-grupp ta’ membri tal-ISIS li qed jinżammu f’Mosul.
Ritratt tat-tfajla miżmuma mit-truppi ġew ippubblikati mill-midja Iraqqina matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa. Ġie rrappurtat kif hi nstabet mill-istess truppi f’mina taħt il-belt Iraqqina il-Ħamis li għadda qalb 19-il barrani ieħor, ta’ nazzjonalitajiet Ġermaniżi, Russi, Torok u Kanadiżi, li kellhom armamenti u ċinturini tal-isplussiv fil-pussess tagħhom.
Eżatt qabel vvjaġġat lejn is-Sirja minn ġot-Turkija, jingħad illi t-tfajla kkonvertiet għall-Iżlam u li kienet f’kuntatt mal-membri tal-ISIS fuq l-internet. Wara l-għajbien tagħha, il-prosekuturi kellhom jissospendu l-investigazzjoni tal-allegat preparazzjoni ta’ atti ta’ terroriżmu li possibilment kienet se twettaq. Skont uffiċjal Iraqi, it-tfajla se tingħata lura lill-missjoni diplomatika Ġermaniża wara li tiġi kkurata fi sptar f’Mosul għall-ħruq li kellha.
Is-servizzi sigrieti Ġerminiżi qed jistmaw li madwar 900 persuna, 20% minnhom nisa, telqu l-pajjiż sabiex jingħaqdu mal-ISIS fl-Iraq u s-Sirja.
//= $special ?>