Sewwieq ta’ 66 sena minn Santa Venera kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fi Triq Durumblat fil-Mosta meta għal xi raġuni mhux magħrufa tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li spiċċa fuq il-karreġġjata oppposta.
Kien hawn li l-karozza tal-anzjan kellha impatt ma’ żewġ vetturi oħra. Fuq il-post wasal minnufih tim medika tal-ambulanzi li ħa lill-Vendriż l-isptar għal aktar kura.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, il-kundizzjoni tal-vittma għadhom mhux magħrufa.
//= $special ?>