Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva permss għall-bini ta’ dar għall-anzjani fin-Naxxar.
Il-proġett tad-dar għall-anzjani jinkludi t-twaqqigħ ta’ dar ta’ sular wieħed biex minflok tineba dar għall-anzjnai b’117-il kamra, kappella, gym u faċilitajiet oħra. Is-sit jinsab fi tmiem żona urbana fin-Naxxar, barra ż-żona ta’ żvilupp fi Triq Għargħur.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li imponiet €28,000 f’kontribuzzjoni għall-ippjanar fuq l-applikant wara li sar eżerċizzju fuq i-ssit mgħżula.
Il-Bord tal-Ippjanar approva permess għall-skavar ta’ mina taħt l-art għal-lido li se tgħaqqad il-Lukanda San Antonio mal-kosta fil-Qawra. Il-proġett jinkludi t-twaqqigħ tal-kiosk eżistenti u l-faċilitajiet sanitarji biex flokhom jinbnew faċilitajiet moderni.
Il-faċilitajiet sanitarji se jibqgħu jiffurmaw parti mill-bajja. Is-saqaf ta’ dan il-lido se jkun belvedere u estensjoni tal-promenade.
//= $special ?>