Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar illum approva l-iżvilupp ta’ pompa tal-petrol ġdida f’Burmarrad.
Is-sit li fuqu se jsir dan l-iżvilupp se jkun mifrux fuq 3,000 metru kwadru f’art agrikola.
Il-Bord impona ħlas ta’ €50,000 bħala kumpens għall-impatt li l-iżvilupp se jkollu fuq iż-żona.
//= $special ?>

