Il-Gvern Ġermaniż wissa liċ-ċittadini tiegħu li se jivvjaġġaw lejn it-Turkija b’xogħol jew btala li jaf jiġu arrestati. Dan filwaqt li wissa lid-ditti kummerċjali qed jaffaċċjaw riskji fl-investimenti tagħhom fit-Turkija minħabba nuqqasijiet fil-liġijiet Torok. Dan hekk kif ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi qed ikomplu jmorru għall-agħar.
Fost l-aħħar żviluppi hemm l-arrest ta’ sitt attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom iċ-ċittadin Ġermaniż, Peter Steudtner, u d-direttur għat-Turkija ta’ Amnesty International, Idil Eser, li minħabba fihom il-Gvern Ġermaniż ipprotesta ma’ dak Tork. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Tork sejħet l-ilment bħala inaċċettabli u li huwa ndħil dirett fil-ġustizzja Torka.
Iktar minn 50,000 persuna ġew arrestati mindu falla l-kolp ta’ stat sena ilu fit-Turkija, b’170 minnhom ġurnalisti u ħafna politiċi tal-oppożizzjoni, akkademiċi u attivisti.
//= $special ?>

