Ira Losco nediet ir-raba’ single uffiċjali tagħha mill-album il-ġdid li mistenni joħroġ din is-sena.
Il-kanzunetta hija ‘Oh My God’ jew aħjar ‘OMG’ – fejn flimkien ma’ Ira, hemm ukoll il-kantanta li għamlet sensazzjoni sħiħa fuq youtube, Shyli, takkumpanja lil Ira bil-lirika rap.
Dan il-video mużikali huwa t-18-il wieħed għal Ira u tul ix-xhur li ġejjin żgur li huma pjanati joħorġu oħrajn.
Howard Keith mill-Production House, Jagged House sostna li din hija l-15-il sena anniversarju minn mindu Ira Losco bdiet il-karriera ta solista, u insista li sena wara sena l-kantanta dejjem għamlet minn kollox sabiex tibqa’ fil-quċċata qalb l-artisti femminili lokali. Huwa insista li hija jirnexxiela tagħmel dan filwaqt li anke fl-istess ħin tkun qed tispira lil ħaddieħor jimxi war al-eżempju tagħha.
//= $special ?>