Internazzjonali Saħħa

‘Red alert’ fl-Italja minħabba l-ħosba

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet lill-Italja li tinsab f’dik li kienet deskritta bħala red alert minħabba l-każi tal-ħosba  u saret l-agħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea għal din il-marda.

Id-direttiva l-ġdida tal-Gvern Taljan għat-tilqim għaddiet mill-Parlament il-Ħamis u se timponi lit-tfal biex jieħdu t-tilqim mill-ispeżerijib bħala kundizzjoni sabiex ikunu jistgħu jattendu l-iskola . Imma skont il-WHO, din id-direttiva mhix biżżejjed biex ittejjeb is-sitwazzjoni.