Mużika

Il-kanzunetta Despacito ċensurata fil-Malasja

Luis Fonsi u Daddy Yankee
Il-Gvern ta' Kuala Lumpur iqis il-kanzunetta "oxxena"

Il-Gvern tal-Malasja iċċensura l-kanzunetta popolari ‘Despacito’ illi qed titqies il-hit ta’ dan is-sajf.

Iċ-ċensura taffetwa l-aktar is-sit YouTube, u servizzi oħra ta’ streaming fuq l-internet.

Il-Ministru tal-Komunikazzjoni Salleh Said Keruak appella lill-istazzjonijiet tar-radju fi Kaula Lumpur biex huma ukoll jiċċensuraw din il-kanzunetta li, skont il-Gvern, għandha kliem “oxxeni”.