Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fi stqarrija sostna li jilqa’ b’sodisfazzjon it-talba tad-Deputati Laburisti biex il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi jeżamina r-rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar l-esproprjazzjoni tal-proprjetà fil-Bajja tal-Fekruna f’San Pawl il-Baħar u dwar it-trasferiment ta’ proprjetà fi Spinola Road f’San Ġiljan.
Jason Azzopardi qal li kif diġà spjega, iż-żewġ rapporti jikkonfermaw li kuntrarjament għall-allegazzjonijiet giddibin tal-Partit Laburista, fl-ebda ċirkostanza ma kien hemm indħil politiku u qatt ma kien hemm kuntatt bejn il-politiċi u s-sidien tal-art in kwistjoni. Jason Azzopardi qal li r-rapporti jmorru lil hinn minn hekk u jirrimarkaw li l-esproprjazzjoni tal-proprjetà fil-Bajja tal-Fekruna saret fl-interess pubbliku filwaqt li faħħru t-twaqqif ta’ kumitat apposta li assigura kontabbiltà u trasparenza.
Il-verità ma hemmx isbaħ minnha, u għalhekk, inħares ‘il quddiem biex issir analiżi ta’ dawn iż-żewġ rapporti.
//= $special ?>

