Lokali Qorti

Jammetti li ħebb għal mara bi ksur tal-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest

Seajay Cardona ta’ 25 sena mill-Imsida inżamm arrestat sakemm tingħata s-sentenza wara li ammetta li ħebb għal mara.

Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca akkużat li ħebb għal mara, ikkaġunalha ġrieħi ħfief. Hu kien akkużat ukoll li l-Ħadd filgħaxija hedded lill-mara kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest li ngħataw f’Diċembru li għadda. Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet kienet li ma jersaqx lejn il-vittma.

Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Robert Vella, qalet li Cardona instab ħati ta’ numru ta’ reati u talab li jkun arrestat mill-ġdid u l-konfiska tat-€3,000 depożitu u l-€20,000 garanzija personali.

Il-Qorti ordnat li r-raġel se jinżamm arrestat sakemm tingħata s-sentenza iktar tard.

L-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha dehru għal Seajay Cardona

 

Tags