Fi kwerela li ressaq fil-Qorti dalgħodu, ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri talab lill-Pulizija biex iressqu lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil b’akkużi kriminali – fost l-oħrajn akkużi ta’ gideb fil-konfront tiegħu. Dan qed jitqies bħala pass bla preċedent fejn qed isiru akkużi bla bażi kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Dan fid-dawl tar-rikors li l-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq il-ġimgħa li għaddiet biex il-Qorti tiddetermina jekk fl-iskandlu tal-Panama Papers, kienx hemm ħasil ta’ flus minn naħa ta’ Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu fuq Twitter, Simon Busuttil qal li se jkompli jiġġieled għad-demokrazija, u dan minkejja li qed jinsistu mal-Pulizija biex jiproċedu kontrieh għax qed jiġġieled kontra l-korruzzjoni.
So now they want to use the Police against me for standing up to their corruption. I have news for them: I will fight for democracy. https://t.co/TT3FIoEdR1
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) July 20, 2017
Aktar dettalji malli jidħlulna.
//= $special ?>