“Keith Schembri ma jkunx komdu bija bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista” qal il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said fi stqarrija.
Hu qal dan b’reazzjoni għall-aħbar li Keith Schembri irid lill-Pulizija jieħdu passi kriminali kontra Simon Busuttil talli qed jikxef l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.
Chris Said qal fl-istqarrija li flok telaq wara li nqabad b’kumpanija sigrieta fil-Panama, Keith Schembri għadu hemm u issa qed jipprova jagħtti xturu billi jipprova jħammeġ lil Simon Busuttil.
“Bija bħala Kap, Keith Schembri u Konrad Mizzi mhux se jsibu kenn”, saħaq Chris Said, li żied li mhux se jkun kompliċi magħhom bis-skiet tiegħu. Temm jgħid li hu m’għandu l-ebda problema li jieqaf lil Schembri u lil sħabu, u se jkompli jiġġieled il-korruzzjoni ta’ Kastilja b’saħħtu kollha.
//= $special ?>BREAKING: Keith Schembri jitlob lill-Pulizija jressqu lill-Kap tal-Oppożizzjoni b’akkużi kriminali