Lokali

In-Nazzjon 20.07.2017

In-Nazzjon jagħti prominenza l-fażi ġdida li bdiet fi ħdan l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista wara li lbieraħ għalaq iż-żmien għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista hekk kif il-kandidati għal din l-elezzjoni issa huma magħrufa, u huma erbgħa.

Storja oħra ewlenija u tingħata wkoll prominenza fl-ewwel paġna, tittratta l-arresti li saru mill-Pulizija f’dik li l-ġurnal, b’rapport ta’ Joe Mikallef, qiegħed isejħilha bħala ‘blitz’ fuq il-kumpless New Tiger Bar u l-madwar fil-Marsa, fejn 15-il persuna bejn Maltin u Afrikani kienu arrestati.

Stejjer oħrajn jittrattaw aħbarijiet mill-Qorti, ir-restawr fuq l-istatwa titulati ta’ Santa Venera, is-servizz inkonsistenti tat-trasport pubbliku lejn l-Isptar Mater Dei, u aħbarijiet oħrajn mix-xena internazzjonali.

L-opinjonijiet f’In-Nazzjon illum huma ta’ David Casa, Angelo Micallef u Antonello Cuschieri.