Internazzjonali Kultura

Radiohead b’kunċert fl-Iżrael fost oppożizzjoni mill-kritiċi

Ir-rock band Ingliż, ‘Radiohead’, sfida lill-kritiċi u dawk favur bojkott kulturali meta , tella l-itwal kunċert s’issa sa mill-2006 (b’27 diska interpretati u 2 encores ) ġewwa Yarkon Park f’ Tel Aviv, Iżrael. Dawk li pprotestaw appellaw biex il-grupp jabbanduna l-kunċert bħala sinjal ta’ protesta lejn il-politika Iżraeljana fil-konfront mal-Palestinjani.

Mill-banda l-oħra, l-ammiraturi preżenti għall-kunċert kienu grati li ‘Radiohead’ ma ċedewx għall-pressjoni li saritilha biex jikkanċella l-kunċert. Fi stqarrija, il-kantant Thom Yorke qal li meta wieħed ikanta f’pajjiż, dan ma jfissirx li jkun qed japprova l-ħidma tal-Gvern lokali. Hu temm jgħid li l-mużika taqsam il-fruntieri u mhux toħloqhom, sabiex issaltan l-umanità, id-djalogu u l-libertà tal-espressjoni.

Il-kunċert f’Tel Aviv, li għalih attendew 47,000 spettatur, ikkonkluda it-tour dinji tal-band li fih irreklamaw l-album ġdid bl-isem A Moon Shaped Pool.