Futbol Sport

TRASFERIMENTI – De Sciglio ma’ Juventus

MILAN, ITALY - OCTOBER 30: Mattia De Sciglio of AC Milan in action during the Serie A match between AC Milan and Pescara Calcio at Stadio Giuseppe Meazza on October 30, 2016 in Milan, Italy. (Photo by Marco Luzzani/Getty Images)

Mattia De Sciglio ffirma kuntratt maċ-champions Taljani Juventus li minn naħa tagħhom ħallsu s-somma ta’ 12-il miljun ewro għalih.

Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ ħames snin u hu mistenni jieħu post Dani Alves li ħalla lill-Bianconeri u ngħaqad ma’ PSG.

L-akkwist ta’ Mattia De Sciglio jasal jum wara li Juventus akkwistaw anke lill-gowlkiper Wojciech Szczesny u ftit jiem wara l-akkwist ta’ Douglas Costa.